9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/23
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Lulju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif — il-Lussemburgu) — Nicolas Aubriet vs Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche
(Kawża C-410/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Ugwaljanza fit-trattament - Vantaġġi soċjali - Regolament (UE) Nru 492/2011 - Artikolu 7(2) - Għajnuna finanzjarja għal edukazzjoni ogħla - Studenti mhux residenti - Kundizzjoni marbuta mat-tul tax-xogħol tal-ġenituri tagħhom fit-territorju nazzjonali - Tul minimu ta’ ħames snin - Perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin - Metodu għall-kalkolu tal-perijodu ta’ riferiment - Data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja - Diskriminazzjoni indiretta - Ġustifikazzjoni - Proporzjonalità)
(2019/C 305/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal administratif
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Nicolas Aubriet
Konvenut: Ministre de l’Enseignement supérieur et de la Recherche
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tagħmel l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-edukazzjoni ogħla lill-istudenti mhux residenti, bil-kundizzjoni li, fid-data tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, wieħed mill-ġenituri tal-istudent ikun ġie impjegat jew ikun eżerċita attività f’dak l-Istat Membru għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin fuq perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin ikkalkolat b’mod retroattiv mid-data tal-imsemmija talba għall-għajnuna finanzjarja, sa fejn ma tippermettix fehim wiesa’ biżżejjed tal-eżistenza ta’ rabta suffiċjenti mas-suq tax-xogħol ta’ dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 301, 27.8.2018.