9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/24
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Mykola Yanovych Azarov vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-416/18 P) (1)
(Appell - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Listi ta’ persuni entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffirżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent - Deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li din id-deċiżjoni ttieħdet fir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)
(2019/C 305/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Mykola Yanovych Azarov (rappreżentanti: A. Egger u G. Lansky, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropwea (rappreżentanti: J.-P. Hix u J. Bauerschmidt, aġenti)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ April 2018, Azarov vs Il-Kunsill (T-190/16, mhux ippubblikata, EU:T:2018:232), hija annullata.
2)
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/318 tal-4 ta’ Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2016/311 tal-4 ta’ Marzu 2016 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil Mykola Yanovych Azarov.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll ta’ dan l-appell.
(1) ĠU C 301, 27.08.2018