5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/19
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Gerechtshof ’s-Hertogenbosch — il-Pajjiżi l-Baxxi) — IO vs Inspecteur van de rijksbelastingdienst
(Kawża C-420/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 9 u 10 - Persuna taxxabbli - Attività ekonomika eżerċitata b’“mod indipendenti” - Kunċett - Attività ta’ membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni)
(2019/C 263/23)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof ’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IO
Konvenut: Inspecteur van de rijksbelastingdienst
Dispożittiv
L-Artikoli 9 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeżerċitax attività ekonomika b’mod indipendenti membru tal-bord ta’ sorveljanza ta’ fondazzjoni, bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, li, minkejja li ma huwa marbut bl-ebda rabta ta’ subordinazzjoni ġerarkika mal-korp ta’ direzzjoni ta’ din il-fondazzjoni u lanqas ma huwa marbut b’tali rabta mal-bord ta’ sorveljanza tal-imsemmija fondazzjoni f’dak li jirrigwarda l-eżerċizzju tal-attività tiegħu ta’ membru ta’ dan il-bord, la jaġixxi f’ismu u lanqas taħt ir-responsabbiltà proprja tiegħu, iżda jaġixxi f’isem u taħt ir-responsabbiltà ta’ dan l-istess bord u lanqas ma jġorr ir-riskju ekonomiku li jirriżulta mill-attività tiegħu, peress li huwa jirċievi remunerazzjoni fissa, li la tiddependi mill-parteċipazzjoni tiegħu għal-laqgħat u lanqas mis-sigħat ta’ xogħol li huwa effettivament ikun wettaq.
(1) ĠU C 319, 10.9.2018.