9.9.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/25
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Lulju 2019 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-434/18) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2011/70/Euratom - Ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv - Programm nazzjonali - Obbligu ta’ trażmissjoni lill-Kummissjoni Ewropea)
(2019/C 305/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Gattinara u M. Patakia, sussegwentement minn G. Gattinara u R. Tricot, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn G. Palatiello, avvocato dello Stato)
Dispożittiv
1)
Billi ma avżatx lill-Kummissjoni Ewropea bil-programm tagħha nazzjonali ta’ implimentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-ġestjoni ta’ fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv, ir-Repubblika Taljana naqqset mill-obbligi tagħha bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv.
2)
Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 285, 13.8.2018.