11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/31
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-443/18) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Protezzjoni sanitarja tal-pjanti - Direttiva 2000/29/KE - Protezzjoni kontra l-introduzzjoni u t-tixrid ġewwa l-Unjoni Ewropea ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew għal prodotti tal-pjanti - Artikolu 16(1) u (3) - Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/789 - Miżuri intiżi li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et) - Artikolu 7(2)(c) - Miżuri ta’ trażżin - Obbligu għat-tneħħija immedjata tal-pjanti infettati f’medda ta’ 20 kilometru fiż-żona infettata - Artikolu 7(7) - Obbligu ta’ monitoraġġ - Investigazzjonijiet annwali - Artikolu 6(2), (7) u (9) - Miżuri ta’ qerda - Nuqqas persistenti u ġenerali - Artikolu 4(3) TUE - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)
(2019/C 383/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u D. Bianchi, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino u G. Caselli, avvocati dello Stato)
Dispożittiv
1)
Ir-Repubblika Taljana,
—
billi naqset milli tiżgura, fiż-żona ta’ trażżin, li ssir immedjatament it-tneħħija ta’ mill-inqas il-pjanti kollha li l-infezzjoni tagħhom minn Xylella fastidiosa ġiet ikkonstatata jekk dawn ikunu nstabu fiż-żona infettata f’distanza massima ta’ 20 kilometru mid-demarkazzjoni bejn din iż-żona infettata u l-bqija tat-territorju tal-Unjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 7(2)(c) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789 tat-18 ta’ Mejju 2015 fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et) kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/764 tat-12 ta’ Mejju 2016, u
—
billi naqset milli tiggarantixxi, fiż-żona ta’ trażżin, il-monitoraġġ tal-preżenza ta’ Xylella fastidiosa billi tmexxi stħarriġ annwali mwettaq f’mumenti opportuni tas-sena, naqset mill-obbligi li jaqgħu fuqha bis-saħħa tal-Artikolu 7(7) ta’ din id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika Taljana għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) ĠU C 294, 20.8.2018.
Full & Egal Universal Law Academy