11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/32
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Constanța – ir-Rumanija) – R vs P
(Kawża C-468/18.) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet ta’ f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Artikolu 3(a) u (d) u Artikolu 5 - Qorti adita bi tliet talbiet konġunti dwar id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, tar-responsabbiltà tal-ġenituri u tal-obbligu ta’ manteniment favur il-wild - Dikjarazzjoni ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tad-divorzju u tan-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Ġurisdizzjoni sabiex jieħdu konjizzjoni tat-talba ta’ obbligu ta’ manteniment - Qorti tal-post fejn il-konvenut għandu r-residenza abitwali tiegħu u li quddiemha jidher)
(2019/C 383/34)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Constanța
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: R
Konvenuta: P
Dispożittiv
L-Artikolu 3(a) u (d) u l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta qorti ta’ Stat Membru tkun adita bi tliet talbiet konġunti li jirrigwardaw, rispettivament, id-divorzju tal-ġenituri ta’ wild minuri, ir-responsabbiltà tal-ġenituri fir-rigward ta’ dan il-wild u l-obbligu ta’ manteniment lejh, il-qorti li tiddeċiedi fuq id-divorzju li tkun iddikjarat li ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri għandha madankollu ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talba dwar l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-imsemmi wild meta hija wkoll il-qorti tal-post ta’ residenza abitwali tal-konvenut u l-qorti li quddiemha huwa jkun deher, mingħajr ma tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni.
(1) ĠU C 381, 22.10.2018.