11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/32
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – GP vs Bundesagentur für Arbeit, Familienkasse Baden-Württemberg West
(Kawża C-473/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ħaddiema migranti - Regoli tal-Unjoni Ewropea dwar il-konverżjoni tal-valuti - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Deċiżjoni H3 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali - Kalkolu tas-suppliment għad-differenza ta’ allowances tal-familja dovuti lil ħaddiem residenti fi Stat Membru u li jaħdem fl-Isvizzera - Determinazzjoni tad-data ta’ riferiment tar-rati tal-kambju)
(2019/C 383/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: GP
Konvenuti: Bundesagentur für Arbeit, Familienkasse Baden-Württemberg West
Dispożittiv
1)
F’dak li jikkonċerna l-konverżjoni monetarja ta’ benefiċċju għal wild dipendenti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont eventwali ta’ suppliment għad-differenza abbażi tal-Artikolu 68(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, l-applikazzjoni u l-interpretazzjoni tal-Artikolu 90 tar-Regolament Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 kif ukoll id-Deċiżjoni Nru H3 tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-koordinazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-15 ta’ Ottubru 2009 li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament Nru 987/2009, ma humiex affettwati mill-fatt li dan il-benefiċċju huwa mħallas fi franki Svizzeri minn istituzzjoni Svizzera.
2)
Id-Deċiżjoni H3 għandha tiġi interpretata fis-sens li meta ssir il-konverżjoni tal-valuti li huma fformulati fiha benefiċċji għal wild dipendenti sabiex jiġi ddeterminat l-ammont eventwali ta’ suppliment għad-differenza abbażi tal-Artikolu 68(2) tar-Regolament Nru 883/2004 għandu japplika l-punt 2 ta’ din.
3)
Il-punt 2 tad-Deċiżjoni H3 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-kunċett ta’ “ġurnata tat-twettiq tal-operazzjoni mill-istituzzjoni”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jirreferi għall-ġurnata meta l-istituzzjoni kompetenti tal-Istat tal-impjieg twettaq il-ħlas tal-benefiċċju tal-familja inkwistjoni.
(1) ĠU C 427, 26.11.2018