8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation — Franza) — RE vs Praxair MRC SAS
(Kawża C-486/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 96/34/KE - Ftehim qafas fuq il-leave parentali - Klawżola 2, punt 6 - Ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full-time f’sitwazzjoni ta’ leave parentali part-time - Tkeċċija - Allowance ta’ tkeċċija u allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill ġdid - Modalitajiet ta’ kalkolu - Artikolu 157 TFUE - Ugwaljanza tar remunerazzjonijiet bejn ħaddiema nisa u ħaddiema rġiel - Leave parentali part-time meħud essenzjalment mill ħaddiema nisa - Diskriminazzjoni indiretta - Fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas sess - Assenza)
(2019/C 230/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: RE
Konvenuta: Praxair MRC SAS
Dispożittiv
1)
Il-punt 6 tal-Klawżola 2 tal-Ftehim qafas dwar il-leave parentali, konkluż fl-14 ta’ Diċembru 1995, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal Kunsill 96/34/KE tat-3 ta’ Ġunju 1996 dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri [leave parentali] konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC, kif emendata permezz tad-Direttiva tal-Kunsill 97/75/KE tal-15 ta’ Diċembru 1997 għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full-time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part-time, l-allowance ta’ tkeċċija u l-allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill ġdid li għandhom jitħallsu lil dan il-ħaddiem jiġu stabbiliti mill inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija.
2)
L-Artikolu 157 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi li, meta ħaddiem irreklutat għal żmien indeterminat u full-time jitkeċċa fil-mument li fih ikun qed jibbenefika minn leave parentali part-time, dan il-ħaddiem jirċievi allowance ta’ tkeċċija u allowance ta’ leave ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid stabbiliti mill inqas parzjalment abbażi tar-remunerazzjoni mnaqqsa li huwa jkun qed jirċievi meta sseħħ it-tkeċċija, fis-sitwazzjoni fejn numru kunsiderevolment ogħla ta’ nisa milli ta’ rġiel jagħżlu li jibbenefikaw minn leave parentali part-time u meta d-differenza fit-trattament li tirriżulta minn dan ma tistax tiġi spjegata permezz ta’ fatturi oġġettivament iġġustifikati u li bl-ebda mod ma jiddiskriminaw abbażi tas-sess.
(1) ĠU C 352, 1.10.2018.