5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Ġunju 2019 — Inge Barnett vs Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(Kawża C-503/18 P) (1)
(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjal - Pensjoni tal-irtirar - Irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni - Regolamenti tal-persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 9(2) tal-Anness VIII - Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni - Interess tas-servizz - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tat-Tribunal għas-servizz pubbliku tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 266 TFUE - Res judicata)
(2019/C 263/24)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Inge Barnett (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, A. Carvajal u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer, abogado, F.-M. Hislaire, avocat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Inge Barnett hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk esposti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE).
(1) ĠU C 381, 22.10.2018.