5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/20
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État — Franza) — Copebi SCA vs Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
(Kawża C-505/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni 2009/402/KE - Pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati mir-Repubblika Franċiża - Konstatazzjoni tal-inkompatibbiltà tal-għajnuna - Ordni ta’ rkupru - Kamp ta’ applikazzjoni tad-deċiżjoni - Kumitati ekonomiċi agrikoli)
(2019/C 263/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Copebi SCA
Konvenut: Établissement national des produits de l’agriculture et de la mer (FranceAgriMer)
fil-preżenza ta’: Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation
Dispożittiv
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/402/KE tat-28 ta’ Jannar 2009 dwar il- pjanijiet ta’ kontinġenza fis-settur tal-frott u l-ħaxix implimentati minn Franza għandha tiġi interpretata fis-sens li tkopri l-għajnuna mħallsa mill-Office national interprofessionnel des fruits, des légumes et de l’horticulture (Oniflhor) lill-comité économique bigarreau industrie (CEBI) u attribwita lill-produtturi ta’ ċirasa bigarreau għal finijiet industrijali mill-gruppi ta’ produtturi membri ta’ dan il-kumitat minkejja li, minn naħa, dan il-kumitat ma jirriżultax fost it-tmien kumitati ekonomiċi agrikoli msemmija f’din id-deċiżjoni u, min-naħa l-oħra, din l-għajnuna, kuntrarjament għall-mekkaniżmu ta’ finanzjament deskritt fl-imsemmija deċiżjoni, kienet iffinanzjata biss permezz ta’ sussidji tal-Oniflhor u mhux, ukoll, permezz tal-kontribuzzjonijiet volontarji tal-produtturi.
(1) ĠU C 364, 8.10.2018