5.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 263/22
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court — l-Irlanda) — Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra PF
(Kawża C-509/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru - Status - Garanzija ta’ indipendenza)
(2019/C 263/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Parti fil-kawża prinċipali
PF
Dispożittiv
Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandu jiġi interpretat bħala li jirreferi għall-Prosekutur Ġenerali ta’ Stat Membru li, filwaqt li strutturalment indipendenti mill-ġudikatura, huwa kompetenti sabiex jeżerċita l-prosekuzzjoni kriminali u li l-istatus tiegħu f’dak l-Istat Membru jagħtih garanzija ta’ indipendenza mill-poter eżekuttiv fil-kuntest tal-ħruġ tal-mandat ta’ arrest Ewropew.
(1) ĠU C 364, 08.10.2018.