11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/33
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Settembru 2019 – HX vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-540/18 P) (1)
(Appell - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Għarbija Sirjana - Miżuri diretti kontra negozjanti rġiel u nisa ewlenin li joperaw fis-Sirja - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni fil-listi)
(2019/C 383/36)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Partijiet
Appellant: HX (rappreżentant: S. Koev, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Gurov u A. Vitro, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
HX huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 408, 12.11.2018.