11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/34
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Bundesgerichtshof - il-Ġermanja) – AS vs Deutsches Patent- und Markenamt
(Kawża C-541/18) (1)
(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(1)(b) - Karattru distintiv - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Sinjal b’hashtag”)
(2019/C 383/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AS
Konvenut: Deutsches Patent- und Markenamt
Dispożittiv
L-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks għandu jiġi interpretat fis-sens li l-karattru distintiv ta’ sinjal li ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark għandu jiġi eżaminat billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, inklużi l-modi ta’ użu kollha probabbli tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha. Dawn tal-aħħar jikkorrispondu, fl-assenza ta’ indizji oħra, għall-modi ta’ użu li, fid-dawl tal-abitudnijiet tas-settur ekonomiku kkonċernat, jistgħu jkunu sinjifikattivi fil-prattika.
(1) ĠU C 436, 3.12.2018.