25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Upper Tribunal - ir-Renju Unit) – The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs vs Henrika Dakneviciute
(Kawża C-544/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Attività bħala persuna li taħdem għal rasha - Ċittadina ta’ Stat Membru li waqfet milli teżerċita l-attività tagħha bħala persuna li taħdem għal rasha minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji ta’ tqala u mal-effetti tal-ħlas - Żamma tal-kwalità ta’ persuna li teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha)
(2019/C 399/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Konvenuta: Henrika Dakneviciute
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li mara, li tieqaf milli teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha minħabba limitazzjonijiet fiżiċi marbuta mal-aħħar stadji tat-tqala tagħha u mal-effetti tal-ħlas, iżżomm il-kwalità tagħha ta’ persuna li teżerċita attività bħala persuna li taħdem għal rasha, kemm-il darba terġa’ tibda din l-attività jew issib attività oħra bħala persuna li taħdem għal rasha jew impjieg f’perijodu ta’ żmien raġonevoli wara t-twelid tal-wild tagħha.
(1) ĠU C 436, 3.12.2018.
Full & Egal Universal Law Academy