25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/17
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-26 ta’ Settembru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-556/18) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Artikolu 13(1) u (7), kif ukoll l-Artikolu 15(1) - Assenza ta’ adozzjoni, ta’ pubblikazzjoni u ta’ komunikazzjoni lill-Kummissjoni Ewropea tal-pjanijiet ta’ ġestjoni rriveduti u tal-baċiri ta’ Lanzarote, Fuerteventura, Gran Canaria, Tenerife, La Gomera, La Palma u El Hierro (Spanja) - Artikolu 14 - Assenza ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku fir-rigward tar-reviżjoni u l-aġġornament)
(2019/C 399/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġent)
Dispożittiv
1)
Peress li ma ffinalizzax, fit-terminu preskritt, l-informazzjoni u l-konsultazzjoni mal-pubbliku fir-rigward tar-reviżjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet ta’ ġestjoni tal-baċiri ta’ Lanzarote, Fuerteventura, Gran Canaria, Tenerife, La Gomera, La Palma u El Hierro, u peress li ma adottax, ma ppubblikax u ma kkomunikax lill-Kummissjoni r-reviżjoni u l-aġġornament ta’ dawn il-pjanijiet ta’ ġestjoni, fit-terminu preskritt, ir-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi imposti fuqu skont l-Artikolu 13(7) moqri flimkien mal-Artikolu 13(1), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta’ l-ilma, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE tas-17 ta’ Diċembru 2013.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 381, 22.10.2018
Full & Egal Universal Law Academy