11.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 383/35
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-5 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – TDK-Lambda Germany GmbH vs Hauptzollamt Lörrach
(Kawża C-559/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 2658/87 - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Subintestatura 85044030 - Konvertituri statiċi - Kriterji ta’ klassifikazzjoni - Użu essenzjali)
(2019/C 383/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TDK-Lambda Germany GmbH
Konvenuta: Hauptzollamt Lörrach
Dispożittiv
Is-subintestatura 85 044 030 ta-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat 23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjonijiet tiegħu li jirriżultaw suċċessivament mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 927/2012 tad-9 ta’ Ottubru 2012, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013 tal-4 ta’ Ottubru 2013, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-konvertituri statiċi, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jistgħu jiġu kklassifikati taħt l-imsemmija subintestatura biss jekk l-użu intenzjonat essenzjali tagħhom ikun għal ma’ “apparat ta’ telekomunikazzjoni, magni awtomatiċi għal ipproċessar ta’ data u unitajiet tagħhom”, fis-sens ta’ din is-subintestatura, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.
(1) ĠU C 436, 3.12.2018