25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-26 ta’ Settembru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság - l-Ungerija) – UTEP 2006. SRL vs Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály
(Kawża C-600/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport bit-triq - Artikoli 91 u 92 TFUE - Regolament (UE) Nru 165/2014 - Artikolu 32(3), Artikolu 33(1) u Artikolu 41(1) - Ksur tar-regoli dwar l-użu tat-takografi - Obbligu għall-Istati Membri li jipprevedu sanzjonijiet effettivi, dissważivi u mhux diskriminatorji - Impriżi żgħar u medji residenti u mhux residenti - Trattament iddifferenzjat)
(2019/C 399/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szombathelyi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UTEP 2006. SRL
Konvenuti: Vas Megyei Kormányhivatal Hatósági Főosztály, Hatósági, Építésügyi és Oktatási Osztály
Dispożittiv
L-Artikolu 41(1) tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi amministrattiva ta’ Stat Membru li permezz tagħha, għad-differenza tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju ta’ trasport bit-triq mhux residenti, dawk li huma stabbiliti fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru tista’ tiġi imposta fuqhom sanzjoni mnaqqsa, li tikkonsisti fi twissija minflok multa amministrattiva, meta dawn l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju jwettqu, għall-ewwel darba, ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 165/2014 tal-istess livell ta’ serjetà.
(1) ĠU C 436, 03.12.2018.
Full & Egal Universal Law Academy