25.11.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-18 ta’ Settembru 2019 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État - Franza) – AQ (C-662/18), DN (C-672/18) vs Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawżi magħquda C-662/18 u C-672/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Direttiva 90/434/KEE - Direttiva 2009/133/KE - Artikolu 8 - Qligħ kapitali relatat ma’ tranżazzjonijiet ta’ skambju ta’ titoli - Trasferiment ta’ titoli rċevuti waqt l-iskambju - Qligħ kapitali ddifferit għall-finijiet ta’ tassazzjoni - Intaxxar ta’ azzjonarji - Intaxxar skont ir-regoli ta’ bażi taxxabbli u ta’ rati differenti - Tnaqqis fuq il-bażi taxxabbli b’kunsiderazzjoni għall-perijodu ta’ detenzjoni tat-titoli)
(2019/C 399/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AQ (C-662/18), DN (C-672/18)
Konvenut: Ministre de l’Action et des Comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 8(1) u (6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/133/KE tad-19 ta’ Ottubru 2009 dwar is-sistema komuni ta’ tassazzjoni applikabbli għal mergers, diviżjonijiet, diviżjonijiet parzjali, trasferimenti ta’ assi u skambji ta’ ishma li jikkonċernaw kumpanniji ta’ Stati Membri differenti u għat-trasferiment tal-uffiċċju reġistrat ta’ SE jew SCE bejn Stati Membri, u l-Artikolu 8(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta’ l-attivi u l-iskambji ta’ l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli, dawn jeżiġu li jiġi applikat, għall-qligħ kapitali relatat ma’ titoli skambjati u ddifferit għall-finijiet ta’ tassazzjoni kif ukoll għal dak li jirriżulta mit-trasferiment ta’ titoli rċevuti bi skambju, l-istess trattament fiskali, fir-rigward tar-rata ta’ tassazzjoni u tal-applikazzjoni ta’ tnaqqis fiskali sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu ta’ detenzjoni tat-titoli, bħal dak li japplika għall-qligħ kapitali li kien jitwettaq matul it-trasferiment tat-titoli li kienu jeżistu qabel it-tranżazzjoni ta’ skambju li kieku din it-tranżazzjoni ma seħħitx.
(1) ĠU C 4, 07.01.2019.
ĠU C 25, 21.01.2019.
Full & Egal Universal Law Academy