26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Mejju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vilniaus apygardos teismas — il-Litwanja) –TE, UD, YB, ZC vs Luminor Bank AB
(Kawża C-8/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Swieq ta’ strumenti finanzjarji - Individwu li mingħand bank ikun kiseb strument finanzjarju derivattiv - Klassifikazzjoni ta’ dan l-individwu fis-sens tad-dritt tal-Unjoni)
(2019/C 288/04)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Vilniaus apygardos teismas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: TE, UD, YB, ZC
Konvenuta: Luminor Bank AB
Dispożittiv
Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilll tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE, id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal akkwisti ta’ obbligi bid-dejn, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, sa fejn dawn l-akkwisti seħħew qabel l-1 ta’ Novembru 2007.
L-ewwel u t-tieni domanda, sa fejn irrigwardaw id-Direttiva 2001/34/KE tat-28 ta’ Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta’ titoli għal-listi ta’ stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli, id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq), u d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, kif ukoll ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jimplimenta d-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni inkluża fil-prospetti u kif ukoll il-format, l-inkorporazzjoni b’referenza u l-pubblikazzjoni ta’ prospetti bħal dawn u d-disseminazzjoni tar-reklami, huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.
Full & Egal Universal Law Academy