11.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 54/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Novembru 2018 – Toontrack Music AB vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-48/18) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali EZMIX - Ċaħda tal-applikazzjoni - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) u (c) - Artikoli 65, 75 u 76 - Karattru deskrittiv - Perċezzjoni tal-pubbliku rilevanti - Dritt għal smigħ - Prinċipju ta’ eżaminazzjoni ex officio - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żnaturament - Provi prodotti għall-ewwel darba quddiem il-Qorti Ġenerali))
(2019/C 54/03)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Appellanti: Toontrack Music AB (rappreżentant: L.-E. Ström, advokat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.
2)
Toontrack Music AB hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 152, 30.4.2018.