1.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 220/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-21 ta’ Marzu 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo — Spanja) — Telefónica Móviles España SAU (C-119/18), Orange España SAU (C-120/18), Vodafone España SAU (C-121/18)
(Kawżi Magħquda C-119/18 sa C-121/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/20/KE - Artikolu 6(1) u Taqsima A tal-Anness - Awtorizzazzjoni ta’ netwerks u ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet - Kopertura ġeografika superjuri għal dik ta’ komunità awtonoma - Kontribuzzjoni finanzjarja annwali - Parteċipazzjoni għall-finanzjament tal- Corporación de Radio y Televisión Española)
(2019/C 220/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Audiencia Nacional, Sala de lo Contencioso-Administrativo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Telefónica Móviles España SAU (C-119/18), Orange España SAU (C-120/18), Vodafone España SAU (C-121/18)
Konvenut: Tribunal Económico-Administrativo Central
Dispożittiv
Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandha tiġi interpretata fis-sens li kontribuzzjoni finanzjarja annwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, imposta lill-impriżi ta’ telekomunikazzjonijiet li joperaw fi Spanja u li jkollhom kopertura ġeografika superjuri għal dik ta’ komunità awtonoma, għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fil-finanzjament tax-xandir pubbliku, ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.
(1) ĠU C 161, 7.5.2018