5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Central Administrativo Sul) – il-Portugall – Fazenda Pública vs Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira
(Kawża C-184/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni diretta - Artikolu 18 TFUE - Prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni - Artikoli 63, 64 u 65 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Piż fiskali ikbar fuq il-qligħ kapitali mill-proprjetà mwettaq minn persuni mhux residenti - Restrizzjonijiet fuq il-movimenti tal-kapital lejn jew minn pajjiż terz))
(2018/C 399/22)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Central Administrativo Sul
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fazenda Pública
Konvenuti: Carlos Manuel Patrício Teixeira, Maria Madalena da Silva Moreira Patrício Teixeira
Dispożittiv
Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-qligħ kapitali li jirriżulta mit-trasferiment, minn persuna residenti fi Stat terz, ta’ proprjetà immobbli li tinsab f’dak l-Istat Membru għal piż fiskali ikbar minn dak li jiġi applikat għal dan l-istess tip ta’ tranżazzjoni fuq il-qligħ kapitali mwettaq minn persuna residenti tal-imsemmi Stat Membru tikkostitwixxi restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital li, bla ħsara għal verifika mill-qorti tar-rinviju, ma taqax taħt l-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 64(1) TFUE u ma tistax tkun iġġustifikata mir-raġunijiet previsti fl-Artikolu 65(1) TFUE?
(1) ĠU C 182, 28.05.2018
Full & Egal Universal Law Academy