Kawża C-190/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-juge de paix du premier canton de Schaerbeek – il-Belġju) – Société nationale des chemins de fer belges (SNCB) vs Gherasim Sorin Rusu (Rikors għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ partikolaritajiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali u r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa li tingħata risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)
C2762018MT1110120180530MT0015111111
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Mejju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-juge de paix du premier canton de Schaerbeek – il-Belġju) – Société nationale des chemins de fer belges (SNCB) vs Gherasim Sorin Rusu
(Kawża C-190/18) ( 1 )
“(Rikors għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) u l-Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ partikolaritajiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali u r-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa li tingħata risposta għad-domandi preliminari — Inammissibbiltà manifesta)”2018/C 276/15Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Juge de paix du premier canton de Schaerbeek
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Société nationale des chemins de fer belges (SNCB)
Konvenut: Gherasim Sorin Rusu
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari imressqa mill-juge de paix du premier canton de Schaerbeek (il-Qorti Konċiljatorja tal-ewwel distrett ta’ Schaerbeek) (il-Belġju), b’deċiżjoni tal-20 ta’ Frar 2018, hija manifestament inammissibbli.
( 1 ) ĠU C 166, 14.5.2018
Full & Egal Universal Law Academy