5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/17
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal de première instance de Liège – il-Belġju) – Pauline Stiernon et vs Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique
(Kawża C-237/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Moviment liberu tal-ħaddiema - Libertà professjonali - Artikoli 20, 21 u 45 TFUE - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 15 - Professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja mhux inkluża fil-lista nazzjonali tal-professjonijiet paramediċi))
(2018/C 399/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de première instance de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pauline Stiernon, Marion Goraguer, Muriel Buccarello, Clémentine Vasseur, Manon Pirotton, Anissa Quotb
Konvenuti: Etat belge, SPF Santé publique, Communauté française de Belgique
Dispożittiv
L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tistabbilixxi l-lista tal-professjonijiet paramediċi, li ma tinkludix il-professjoni ta’ terapista tal-psikomotorja f’din il-lista, filwaqt li ġiet stabbilita lawrea ta’ Baċellerat fit-terapija psikomotorja f’dan l-Istat Membru.
(1) ĠU C 190, 4.6.2018.
Full & Egal Universal Law Academy