17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/24
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Ġunju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Napoli – l-Italja) – easyJet Airline Co. Ltd vs Regione Campania
(Kawża C-241/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ preċiżazzjonijiet suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tal-kawża prinċipali kif ukoll ir-raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa ta’ risposta għad-domandi preliminari - Inammissibbiltà manifesta))
(2018/C 328/31)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Napoli
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: easyJet Airline Co. Ltd
Konvenut: Regione Campania
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Napoli (il-Kummissjoni Fiskali Provinċjali ta’ Napoli, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Marzu 2018, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 240, 9.7.2018.
Full & Egal Universal Law Academy