24.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 341/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie vs C u J, S vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-269/18 PPU) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(6) u (8) - Applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali manifestament infondata - Dritt għal rimedju effettiv - Awtorizzazzjoni li persuna tibqa’ fit-territorju ta’ Stat Membru - Direttiva 2008/115/KE - Artikoli 2, 3 u 15 - Residenza irregolari - Detenzjoni))
(2018/C 341/03)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie, J, S
Konvenuti: C, Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, u d-Direttiva 2013/32/UE Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu li ċittadin ta’ pajjiż terz, li l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali ġiet miċħuda, fl-ewwel istanza mill-awtorità amministrattiva kompetenti, bħala manifestament infondata, jitqiegħed f’detenzjoni, sabiex jitneħħa, meta, skont l-Artikolu 46(6) u (8) tad-Direttiva 2013/32, huwa legalment awtorizzat jibqa’ fit-territorju nazzjonali sakemm tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors tiegħu rigward id-dritt li jibqa’ f’dan it-territorju fl-istennija tal-eżitu tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni li ċaħdet l-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018.
Full & Egal Universal Law Academy