25.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/9
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-30 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra AK (C-335/18), EP (C-336/18)
(Kawża C-335/18 u C-336/18) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontroll tal-flus kontanti li jidħlu jew joħorġu mill-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1889/2005 - Artikolu 3(1) - Ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni - Artikolu 4(2) - Miżuri ta’ retenzjoni - Artikolu 9(1) - Sanzjonijiet previsti mid-dritt nazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ pieni ta’ priġunerija jew multa ffissata għal wieħed minn ħamsa tal-ammont tas-somma mhux iddikjarata, il-konfiska ta’ din is-somma għall-profitt tal-Istat - Proporzjonalità))
(2019/C 112/12)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Sofiyski gradski sad, Apelativen sad – Sofija
Partijiet fil-kawża prinċipali
AK (C-335/18), EP (C-336/18)
Dispożittiv
L-Artikolu 4(2) u l-Artikolu 9(1) tar- Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tissanzjona ksur tal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, tipprevedi, minbarra l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija ta’ massimu ħames snin jew ta’ multa li tirrappreżenta wieħed minn ħamsa tas-somma ta’ flus kontanti mhux iddikkjarata, il-konfiska għall-profitt tal-Istat ta’ din is-somma mhux iddikjarata.
(1) ĠU C 276, 6.8.2018