26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo — Spanja) — María Teresa Aragón Carrasco et vs Administración del Estado
(Kawża C-367/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) u Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol għal-żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Komparabbiltà tas-sitwazzjonijiet - Ġustifikazzjoni - Klawżola 5 - Allowance fil-każ ta’ xoljiment ta’ kuntratt tax-xogħol għal żmien indeterminat għal raġuni oġġettiva - Assenza ta’ allowance mat-tmiem tal-funzjonijiet ta’ ħaddiema tal-persunal awżiljarju)
(2019/C 288/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: María Teresa Aragón Carrasco, María Eugenia Cotano Montero, María Gloria Ferratges Castellanos, Raquel García Ferratges, Elena Muñoz Mora, Ángela Navas Chillón, Mercedes Noriega Bosch, Susana Rizo Santaella, Desamparados Sánchez Ramos, Lucía Santana Ruiz, Luis Salas Fernández (como heredero de Lucía Sánchez de la Peña)
Konvenut: Administración del Estado
Dispożittiv
1)
Il-punt 1 tal-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas dwar Xogħol għal Żmien Determinat konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprevedix il-ħlas ta’ allowance lill-ħaddiema impjegati bħala membri tal-persunal awżiljarju li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ fiduċja jew li jagħtu pariri speċjali, bħalma huma dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mat-tmiem liberu tal-funzjonijiet tagħhom, filwaqt li lill-membri tal-persunal bil-kuntratt għal żmien indeterminat tingħata allowance max-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom għal raġuni oġġettiva.
2)
It-tieni u t-tielet domandi mressqa mit-Tribunal Supremo (il-Qorti Suprema, Spanja) huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 294, 20.8.2018
Full & Egal Universal Law Academy