17.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 455/18
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Settembru 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Milano – l-Italja) – FR vs Ministero dell’interno – Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione Internazionale presso la Prefettura U.T.G. di Milano
(Kawża C-422/18 PPU) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urgenza għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Proċeduri komuni għall-għoti u għall-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46 - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 18, Artikolu 19(2) u Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Deċiżjoni li tiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għat-tieni livell ta’ azzjoni ġudizzjarja fil-qasam tal-ażil - Effett sospensiv ipso jure limitat għall-appell fl-ewwel istanza))
(2018/C 455/27)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Milano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FR
Konvenut: Ministero dell’interno – Commissione Territoriale per il riconoscimento della Protezione Internazionale presso la Prefettura U.T.G. di Milano
fil-preżenza ta’: Pubblico Ministero
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi għal appell minn sentenza fl-ewwel istanza li tikkonferma deċiżjoni tal-awtorità amministrattiva kompetenti li tiċħad applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, mingħajr ma tipprovdi għal appell b’effett sospensiv ipso jure, iżda li tippermetti lill-qorti li tat is-sentenza sabiex tordna, fuq talba tal-persuna kkonċernata, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ din, wara li tevalwa jekk l-aggravji invokati fl-appell mis-sentenza kinux fondati jew le u mhux fil-każ tal-eżistenza ta’ riskju ta’ dannu gravi u irreparabbli lill-applikant bħala riżultat tal-eżekuzzjoni ta’ din.
(1) ĠU C 311, 3.9.2018.
Full & Egal Universal Law Academy