26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/6
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’Ġunju 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte — l-Italja) –- Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS) vs Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA
(Kawża C-425/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Għoti ta’ kuntratti fis-settur tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tas-servizzi postali - Direttiva 2004/18/KE - Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) - Raġunijiet għal esklużjoni - Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità - Ksur tar-regoli fil-qasam tal-kompetizzjoni)
(2019/C 288/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Consorzio Nazionale Servizi Società Cooperativa (CNS)
Konvenuta: Gruppo Torinese Trasporti Gtt SpA
fil-preżenza ta’: Consorzio Stabile Gestione Integrata Servizi Aziendali GISA, La Lucente SpA, Dussmann Service Srl, So.Co.Fat. SC
Dispożittiv
Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li hija interpretata bħala li teskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-“kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità” imwettqa minn operatur ekonomiku l-aġir li jikkostitwixxi ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni, ikkonstatat u ssanzjonat mill-awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni permezz ta’ deċiżjoni kkonfermata minn qorti, u li timpedixxi lill-awtoritajiet kontraenti milli jevalwaw b’mod awtonomu tali ksur sabiex eventwalment jeskludu lil dan l-operatur ekonomiku minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku.
(1) ĠU C 399, 5.11.2018.