20.5.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 172/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ Jannar 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) — l-Ungerija — Farmland Kft. vs Földművelésügyi Miniszter
(Kawża C-489/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Skemi ta’ għajnuna diretta - Skema ta’ pagament uniku - Applikazzjoni għal pagament uniku skont l-erja - Kriterji - Utent leġittimu tal-art agrikola)
(2019/C 172/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Farmland Kft.
Konvenut: Földművelésügyi Miniszter
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapest Környéki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (il-Qorti Amministrattiva u Industrjali tad-Distrett ta’ Budapest, l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 2018, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 381, 22.10.2018.