19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona — Spanja) — OD vs Ryanair DAC
(Kawża C-646/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ talba għal kumpens għal titjira mdewma - Artikolu 26 - Estensjoni taċita - Ħtieġa għall-konvenut li jidher għas-seduta)
(2019/C 280/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 1 de Gerona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: OD
Konvenuta: Ryanair DAC
Dispożittiv
L-Artikolu 26(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax f’każ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-konvenut ma ppreżentax osservazzjonijiet jew ma deherx għas-seduta.
(1) ĠU C 25, 21.1.2019.
Full & Egal Universal Law Academy