19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Novom Zagrebu) — il-Kroazja — Hrvatska radiotelevizija vs TY
(Kawża C-657/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew - Nutara li jaġixxu fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni forzata abbażi ta’ dokument awtentiku - Proċeduri mhux kontradittorji - Artikolu 18 TFUE - Diskriminazzjoni inversa - Assenza ta’ konnesjoni mad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)
(2019/C 280/15)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Novom Zagrebu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Hrvatska radiotelevizija
Konvenut: TY
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja għandha nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domandi magħmula mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Qorti Muniċipali ta’ Novi Zagreb, il-Kroazja).
(1) ĠU C 4, 7.1.2019.
Full & Egal Universal Law Academy