19.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 280/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão — Juiz 1 — il-Portugall) — Rolibérica Lda vs Autoridade para as Condições do Trabalho
(Kawża C-834/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Artikolu 4(i) - Kunċett ta’ “ġimgħa” - Perijodi ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa - Metodi ta’ kalkolu)
(2019/C 280/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca de Faro, Juízo do Trabalho de Portimão — Juiz 1
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rolibérica Lda
Konvenuta: Autoridade para as Condições do Trabalho
Dispożittiv
Ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“perijodu ta’ mistrieħ ta’ kull ġimgħa”fis-sens tal-Artikolu 8 ta’ dan ir-regolament, ma għandux neċessarjament jintemm matul il-“ġimgħa”, kif iddefinita fl-Artikolu 4(i) tal-imsemmi regolament.
(1) ĠU C 112, 25.3.2019.
Full & Egal Universal Law Academy