26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Jannar 2018 – Bryan Andrew Ker vs Pavlo Postnov, Natalia Postnova
(Kawża C-25/18)
(2018/C 112/28)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Okrazhen sad Blagoevgrad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Bryan Andrew Ker
Konvenuti: Pavlo Postnov, Natalia Postnova
Domandi preliminari
1.
Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati taħt l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1), id-deċiżjonijiet ta’ soċjetajiet legali li ma għandhomx personalità ġuridika, maħluqa permezz tal-liġi minħabba dritt speċjali ta’ proprjetà fir-rigward ta’ drittijiet partikolari, li jittieħdu permezz ta’ maġġoranza tal-membri ta’ dawn is-soċjetajiet iżda li jorbtu lill-membri kollha, inklużi dawk li ma jkunux ivvotaw, għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu s-sors ta’ “obbligu kuntrattwali”?
2.
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet għandhom jiġu applikati r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli għar-relazzjonijiet kuntrattwali previsti fir-Regolament (KE) Nru 593/2008 (2)?
3.
Fil-każ li r-risposti għall-ewwel u għat-tieni domanda jkunu fin-negattiv: fir-rigward ta’ tali deċiżjonijiet għandhom jiġu applikati r-regoli previsti fir-Regolament (KE) Nru 864/2007 (3) u r-regoli ta’ liema wieħed mis-sorsi ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali msemmija fir-Regolament għandhom jiġu applikati?
4.
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel jew għat-tieni domanda tkun fil-pożittiv: id-deċiżjonijiet ta’ soċjetà legali li ma għandhiex personalità ġuridika dwar spejjeż għall-manteniment ta’ bini għandhom jitqiesu li huma “kuntratt għall-provvista ta’ servizzi” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 593/2008 jew bħala kuntratt relatat ma’ “dritt in rem” jew ma’ “kiri” fis-sens tal-Artikolu 4(1)(ċ) tal-istess regolament?
(1) Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU 2012, L 351, p. 1).
(2) Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU 2008, L 177, p. 6).
(3) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2017 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (ĠU 2007, L 199, p. 40).
Full & Egal Universal Law Academy