19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/23
Appell ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2018 minn Claire Staelen mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-28 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-217/11 REV, Staelen vs L-Ombudsman Ewropew
(Kawża C-45/18 P)
(2018/C 104/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Claire Staelen (rappreżentant: V. Olona, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Ombudsman Ewropew
Talbiet
—
tannulla d-digriet T-217/11 REV,
—
tiddikjara t-talba għal reviżjoni tas-sentenza T-217/11 ammissibbli,
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tal-ispejjeż kollha ta’ kull istanza.
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell, l-appellanti tinvoka diversi aggravvi bbażati fuq:
—
l-illegalità parzjali tal-Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
—
il-ksur tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu l69 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;
—
l-iżnaturament tal-fatti u l-iżball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali kklassifikat id-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2005 bħala lista ta’ kandidati xierqa u deċiżjoni ta’ proroga ta’ lista ta’ kandidati xierqa;
—
l-iżball ta’ liġi inkwantu l-Qorti Ġenerali allegat li deċiżjoni li ma hijiex innotifikata lid-destinatarji tagħha kollha tista’ tiġi infurzata u l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament;
—
l-iżnaturament tal-fatti u l-konklużjonijiet manifestament kontradittorji tal-Qorti Ġenerali dwar l-allegat nuqqas ta’ diliġenza tal-appellanti u l-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi;
—
l-assenza ta’ motivazzjoni dwar in-natura deċiżiva tal-fatti ġodda.
Full & Egal Universal Law Academy