30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Jannar 2018 – AX vs BW
(Kawża C-57/18)
(2018/C 152/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesarbeitsgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AX
Konvenuti: BW
Domandi preliminari
1.
L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 98/59/KE”) għandu jiġi interpetat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema impjegati abitwalment fi stabbiliment, għandu jitqies in-numru ta’ ħaddiema impjegati fil-kors normali tal-attività tal-istabbiliment?
2.
L-Artikolu 1(1)(a) tad-Direttiva 98/59/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema impjegati abitwalment fi stabbiliment ta’ impriża utilizzatriċi, jistgħu jitqiesu l-ħaddiema temporanji li jaħdmu fih?
Fil-każ li għat-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
3.
Liema kundizzjonijiet japplikaw għat-teħid inkunsiderazzjoni ta’ ħaddiema temporanji sabiex jiġi stabbilit in-numru ta’ ħaddiema abitwalment impjegati fi stabbiliment ta’ impriża utilizzatriċi?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327.
Full & Egal Universal Law Academy