30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fit-2 ta’ Frar 2018 – SC Petrotel-Lukoil SA vs Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor
(Kawża C-68/18)
(2018/C 152/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Bucureşti
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SC Petrotel-Lukoil SA
Konvenuti: Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Administrare a Marilor Contribuabili, Agenţia Naţională de Administrare Fiscală – Direcţia Generală de Soluţionare a Contestaţiilor
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21(3) tad-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-qafas Komunitarju dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1) jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175, fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003 (il-Kodiċi Fiskali – Liġi Nru 571/2003) u tal-Artikolu 20616, fis-seħħ mill-1 ta’ April 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003, kif ukoll ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti adottati bl-applikazzjoni tagħhom?
2)
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku jipprekludu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 175, fis-seħħ sal-31 ta’ Marzu 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003 u tal-Artikolu 20616, fis-seħħ mill-1 ta’ April 2010 tal-Codul fiscal – Legea nr. 571/2003, kif ukoll ta’ leġiżlazzjonijiet sussegwenti adottati bl-applikazzjoni tagħhom?
3)
Il-prinċipju ta’ proporzjonalità jipprekludi lill-Istat milli jżomm is-sisa inizjalment ikkalkolata għall-prodott “nafta” meta jiddeċiedi dwar l-ilment imressaq mill-persuna taxxabbli/mill-kumpannija, u b’dan il-mod jinjora l-fatt li l-kumpannija għaldaqstant kisbet id-deċiżjoni li tipprevedi l-assimilazzjoni tal-prodott “żejt għall-magni nofsu maħdum” mal-prodott “żejt għall-magni” wara kontroll fiskali?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.
Full & Egal Universal Law Academy