7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona (Spanja) fil-5 ta’ Frar 2018 – Daniel Ustariz Aróstegui vs Departamento de Educación del Gobierno de Navarra
(Kawża C-72/18)
(2018/C 161/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no 1 de Pamplona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Daniel Ustariz Aróstegui
Konvenut: Departamento de Educación del Gobierno de Navarra.
Domanda preliminari
1)
Il-Klawżla 4 tal-Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat, approvat mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi regola reġjonali, bħal dik ikkontestata fil-kawża prinċipali, li teskludi espressament ir-rikonoxximent u l-ħlas ta’ suppliment ta’ remunerazzjoni speċifiku lill-persunal tal-Amministrazzjonijiet Pubbliċi ta’ Navarra li jaqgħu taħt il-kategorija “impjegati b’kuntratt amministrattiv” – li għandu kuntratt għal żmien determinat – minħabba li dan is-suppliment jikkostitwixxi remunerazzjoni għall-promozzjoni u għall-iżvilupp ta’ karriera professjonali proprja u esklużiva tal-persunal li jaqa’ taħt il-kategorija “uffiċjal pubbliku” – li għandu kuntratt għal żmien indeterminat?
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).
Full & Egal Universal Law Academy