7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/17
Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2018 minn Sophie Montel mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fid-29 ta’ Novembru 2017 fil-Kawża T-634/16, Sophie Montel vs Il-Parlament
(Kawża C-84/18 P)
(2018/C 161/20)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Sophie Montel (rappreżentant: G. Sauveur, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
—
Bdil tas-sentenza appellata, għaldaqstant:
—
Tannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2016, innotifikata fis-6 ta’ Lulju 2016, li tispeċifika “li ammont ta’ EUR 77 276,42 ġie mħallas indebitament favur Sophie Montel” u tordna lill-awtorità kompetenti u lill-kontabilista tal-istituzzjoni sabiex jipproċedu bl-irkupru ta’ din is-somma.
—
Tannulla n-nota ta’ debitu Nru 2016-897 kollha ffirmata mill-istess direttur ġenerali tal-finanzi fid-data tal-4 ta’ Lulju 2016.
—
Tiddeċiedi fuq l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala kumpens għad-dannu morali li jirriżulta mill-akkużi infondati li saru qabel il-konklużjoni tal-investigazzjoni, mill-ħsara magħmula lill-immaġini tagħha u mill-inkwiet kbir ikkawżat fil-ħajja personali u politika tagħha permezz tad-deċiżjoni appellata.
—
Tiddeċiedi dwar l-ammont li għandu jingħata lill-appellanti bħala spejjeż tal-proċedura.
—
Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż kollha.
Aggravji u argumenti prinċipali
1.
L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-inkompetenza tal-awtur tal-att
—
Il-kwistjonijiet finanzjarji huma l-kompetenza tal-Bureau tal-Parlament Ewropew u mhux tas-Segretarju Ġenerali
—
Assenza ta’ delega tas-Segretarju Ġenerali
—
Eċċezzjoni ta’ illegalità minħabba l-ksur tal-indipendenza tal-parlamentari u tad-dritt għal sentenza imparzjali
2.
It-tieni aggravju bbażat fuq il-prinċipju ta’ “electa una via”
—
Il-President tal-Parlament adixxa l-OLAF u l-qorti Franċiża
3.
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża
—
Ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza mill-President tal-Parlament
—
L-amministrazzjoni tal-Parlament hija l-qorti u l-parti
—
Bdil fl-ilmenti invokati mill-Parlament matul il-proċedura
—
Rifjut li tinstema’ l-appellanti min-naħa tas-Segretarju Ġenerali
4.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq inverżjoni tal-oneru tal-prova
—
Il-Parlament obbliga lill-appellanti sabiex tipprova li hija ma kienet wettqet l-ebda nuqqas filwaqt li hu ma kellu ebda element li jippermettilu serjament li jsostni l-eżistenza ta’ nuqqas
5.
Il-ħames aggravju bbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivazzjoni
—
L-unika raġuni invokata hija l-publikazzjoni ta’ organigramma, għalkemm din tal-aħħar ma tipprova xejn
6.
Is-sitt aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u aspettativi leġittimi
—
L-ebda regola ma tistabbilixxi l-lista ta’ dokumenti li għandhom jiġu pprovduti u għalhekk l-appellanti hija suġġetta għall-arbitrarjetà tal-Parlament
7.
Is-seba’ aggravju bbażat fuq ksur tad-drittijiet ċiviċi tal-assistenti parlamentari
—
Il-Parlament jipprojbixxi l-assistenti milli jkollhom attività politika
8.
It-tmien aggravju bbażat fuq it-trattament diskriminatorju, fuq il-“Fumus persecutionis” u fuq l-użu ħażin ta’ poter
—
L-appellanti kellha ssostni din il-proċedura minħabba l-ostilità politika magħmula mill-President tal-Parlament Ewropew
9.
Id-disa’ aggravju bbażat fuq ksur tal-independenza tad-deputati
—
Ix-xogħol tal-assistent parlamentari ma jillimitax ruħu għax-xogħol leġiżlattiv
10.
L-għaxar aggravju bbażat fuq infondatezza fil-fatt
—
Il-Parlament ikkuntenta ruħu billi wieġeb li d-dokumenti kkomunikati mill-appellanti ma pprovaw xejn għalkemm dawn id-dokumenti kienu jipprovaw ix-xogħol tal-assistent
—
Il-Parlament ma huwiex kapaċi jipprova l-pretensjonijiet tiegħu
11.
Il-ħdax-il aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità
—
L-organigramma (punt tat-tluq tal-proċeduri mnedija mill-President tal-Parlament) ġiet ippubblikata fi Frar 2015 iżda l-irkupru tal-ammont imħallas indebitament imur lura għal Awwissu 2014
Full & Egal Universal Law Academy