30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal in Northern Ireland (ir-Renju Unit) fid-9 ta’ Frar 2018 – Ermira Bajratari vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-93/18)
(2018/C 152/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal in Northern Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ermira Bajratari
Konvenut: Secretary of State for the Home Department
Domandi preliminari
1)
Id-dħul minn impjieg li huwa illegali taħt id-dritt nazzjonali jista’ jistabbilixxi, totalment jew parzjalment, id-disponibbiltà ta’ biżżejjed riżorsi fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) tad-Direttiva taċ-Ċittadini (1)?
2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva, il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(b) jistgħu jiġu sodisfatti, jekk l-impjieg jitqies li huwa prekarju sempliċement minħabba n-natura illegali tiegħu?
(1) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
Full & Egal Universal Law Academy