7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/22
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Frar 2018 – Sociale Verzekeringsbank, parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen
(Kawża C-96/18)
(2018/C 161/25)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sociale Verzekeringsbank (Svb)
Parti oħra fil-proċedura: C.E. Franzen
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 45 u 48 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jipprekludu, f’każ bħal dak inkwistjoni, regola nazzjonali bħall-parti inizjali tal-Artikolu 6a, u l-Artikolu 6a(b), tal-AKW (1)? Din ir-regola timplika li resident tal-Pajjiżi l-Baxxi ma huwiex assigurat taħt l-iskemi ta’ assigurazzjonijiet soċjali ta’ dan l-Istat ta’ residenza, jekk huwa jaħdem fi Stat Membru ieħor u huwa suġġett, abbażi tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 1408/71 (2), għal-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tal-Istat ta’ impjieg. Il-karatteristika ta’ din il-kawża hija li taħt l-iskema legali legali tal-Istat ta’ impjieg, il-persuna kkonċernata ma hijiex eliġibbli għall-allowances tal-familja minħabba l-volum limitat tal-attività tagħha f’dan l-Istat.
2)
Il-possibbiltà għall-persuna kkonċernata li titlob lill-Svb li jistabbilixxi ftehim fis-sens tal-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 1408/71 għandha effett fuq ir-risposta għad-domanda preċedenti?
(1) Algemene Kinderbijslagwet (Il-Liġi Ġenerali dwar l-Allowances tal-Familja).
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati, għall-persuni li jaħdmu għal rashom u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy