28.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord–Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Frar 2018 – Openbaar Ministerie vs ET
(Kawża C-97/18)
(2018/C 182/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Noord-Nederland, Sede ta’ Leeuwarden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Openbaar Ministerie
Konvenuta: ET
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 12(1) tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni, fil-Pajjiżi l-Baxxi, ta’ ordni ta’ konfiska trażmessa minn Stat emittenti tista’ tiġi imposta priġunerija għal dejn fis-sens tal-Artikolu 577c tal-Wetboek van Strafvordering (il-Kodiċi ta’ Proċeduri Kriminali), fid-dawl tas-sentenza tal-Hoge Raad tal-20 ta’ Diċembru 2011 (2), li tipprevedi li l-priġunerija għal dejn għandha titqies bħala piena fis-sens tal-Artikolu 7(1) tal-KEDB?
2)
Il-fatt li anki d-dritt tal-Istat emittenti jipprevedi l-possibbiltà li tiġi imposta l-priġunerija għal dejn huwa rilevanti fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi imposta l-priġunerija għal dejn.
(1) Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2006/783/GAI tas-6 ta’ Ottubru 2006 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku għal ordnijiet ta’ konfiska (ĠU L 239M, 10.9.2010, p. 340).
(2) NL:HR:201:BP9449.
Full & Egal Universal Law Academy