30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/15
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ Frar 2018 – T. Boer & Zonen BV vs Staatssecretaris van Economische Zaken
(Kawża C-98/18)
(2018/C 152/18)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T. Boer & Zonen BV
Konvenut: Staatssecretaris van Economische Zaken
Domandi preliminari
Il-punti 1 u 3 tal-Kapitolu VII tas-Sezzjoni I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-laħam għandu jitkessaħ fil-biċċerija anki sabiex it-trasbord tal-laħam ma jseħħx qabel dan ma jkun laħaq temperatura massima ta’ 7 gradi Celsius jew huwa possibbli ukoll li l-imsemmi laħam jitkessaħ ġewwa l-vettura li tkessaħ, sakemm din il-vettura ma titlaqx mill-post tal-biċċerija?
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 14).
Full & Egal Universal Law Academy