7.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 161/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-12 ta’ Frar 2018 – Línea Directa Aseguradora S.A. vs Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros
(Kawża C-100/18)
(2018/C 161/26)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Línea Directa Aseguradora S.A.
Konvenuta: Segurcaixa Sociedad Anónima de Seguros y Reaseguros
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (1), jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati minn nar f’vettura wieqfa meta dan in-nar joriġina mill-mekkaniżmi neċessarji sabiex il-vettura taqdi l-funzjoni tagħha ta’ trasport?
2)
F’każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati minn nar f’vettura meta ma tkunx tista’ tiġi stabbilita relazzjoni bejn dan in-nar u moviment preċedenti, b’tali mod li ma tkun tista’ tiġi stabbilita ebda konnessjoni ma’ vjaġġ?
3)
F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, jipprekludi interpretazzjoni li tinkludi fil-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, id-danni kkawżati minn nar f’vettura meta din tkun ipparkjata f’garaxx privat magħluq?
(1) ĠU 2009 L 263, p. 11
Full & Egal Universal Law Academy