30.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 152/17
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit) fl-14 ta’ Frar 2018 – Sandoz Ltd, Hexal AG vs G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland
(Kawża C-114/18)
(2018/C 152/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sandoz Ltd, Hexal AG
Konvenuti: G.D. Seale LLC, Janssen Sciences Ireland
Domandi preliminari
Meta l-uniku ingredjent is-suġġett ta’ ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari maħruġ abbażi tar-[Regolament Nru 469/2009] (1) jagħmel parti minn kategorija ta’ komposti li jaqgħu taħt definizzjoni Markush f’talba tal-privattiva, li jinkorporaw l-avvanz tekniku inventiv ewlieni, huwa suffiċjenti, għall-finijiet tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, li, fid-dawl tal-istruttura tiegħu, il-kompost huwa immedjatament irrikonoxxut bħala kompost li jaqa’ taħt il-kategorija (u huwa għaldaqstant protett mill-privattiva bis-saħħa tal-liġi nazzjonali dwar il-privattivi) jew għandhom is-sostitwenti speċifiċi neċessarji biex jifformaw l-ingredjent attiv jidhru fost dawk li l-persuna speċjalizzata fil-qasam tista’ tidderivi minn qari tat-talbiet tal-privattiva ibażata fuq il-konjizzjonijiet ġenerali komuni tagħhom?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta’ Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy