Kawża C-118/18 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-771/15 – Hochmann Marketing vs EUIPO
Appell ippreżentat fl-14 ta’ Frar 2018 minn Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-12 ta’ Diċembru 2017 fil-Kawża T-771/15 – Hochmann Marketing vs EUIPO
(Kawża C-118/18 P)
2018/C 294/18Lingwa tal-kawża: l-IngliżPartijiet
Appellanti: Hochmann Marketing GmbH, li kienet Bittorrent Marketing GmbH (rappreżentant: C. Hoppe, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
B’digriet tat-28 ta’ Ġunju 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell huwa inammissibbli.