23.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/36
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Frar 2018 – Vanessa Gambietz vs Erika Ziegler
(Kawża C-131/18)
(2018/C 142/48)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Vanessa Gambietz
Konvenuta: Erika Ziegler
Domanda preliminari
L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li s-somma fissa ta’ EUR 40 msemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dik id-direttiva għandha titnaqqas mill-ispejjeż legali esterni mġarrba b’konnessjoni mal-istruzzjoni li ngħatat minn avukat fil-fażi prekontenzjuża wara d-dewmien fil-ħlas min-naħa tad-debitur, u għalhekk huma rimborsabbli skont l-Artikolu 6(3) ta’ dik id-Direttiva?
(1) ĠU 2011, L 48, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy