28.5.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 182/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fid-19 ta’ Frar 2018 – Maria Vester vs Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering (Riziv)
(Kawża C-134/18)
(2018/C 182/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Arbeidsrechtbank Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Maria Vester.
Konvenut: Rijksinstituut voor ziekte- en invaliditeitsverzekering (Riziv)
Domandi preliminari
1)
Jeżisti ksur tal-Artikoli 45 u 48 tat-Trattat tal-25 ta’ Marzu 1957 dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), f’sitwazzjoni fejn l-Istat Membru li kien kompetenti l-aħħar mal-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol jirrifjuta d-dritt għall-benefiċċji għall-inkapaċità abbażi tal-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, wara terminu ta’ 52 ġimgħa ta’ inkapaċità għax-xogħol li matulhom ingħataw benefiċċji tal-mard, u fejn l-Istat Membru l-ieħor, li ma huwiex l-Istat Membru li kien kompetenti l-aħħar, applika għall-finijiet tal-eżami tad-dritt għal benefiċċju ta’ invalidità pro rata, terminu ta’ stennija ta’ 104 ġimgħat, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali?
2)
F’dan il-każ, huwa konformi mad-dritt ta’ moviment liberu li l-persuna kkonċernata tiddependi fuq l-għajnuna soċjali matul dan it-terminu ta’ stennija, jew l-Artikoli 45 u 48 tat-TFUE jobbligaw l-Istat Membru li ma huwiex l-Istat Membru li huwa kompetenti l-aħħar sabiex jeżamina d-dritt għall-benefiċċji għall-inkapaċità fi tmiem it-terminu ta’ stennija previst mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li kien kompetenti l-aħħar, anki jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat preċedenti ma tippermettix dan?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
Full & Egal Universal Law Academy