4.6.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 190/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Frar 2018 – Logistik XXL GmbH vs CMR Transport & Logistik
(Kawża C-135/18)
(2018/C 190/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Logistik XXL GmbH
Konvenuta: CMR Transport & Logistik
Domandi preliminari
1)
Fir-rigward ta’ sentenza li tikkundanna, mingħajr limitazzjoni u mingħajr kundizzjoni, lill-konvenut għal ħlas u li kontra tagħha ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini jew li fir-rigward tagħha t-terminu għall-preżentata ta’ tali rikors għadu ma skadiex, il-fatt li l-qorti ta’ oriġini tordna li s-sentenza tkun provviżorjament eżegwibbli biss permezz tal-għoti ta’ garanzija jikkostitwixxi kundizzjoni fis-sens tal-punt 4.4 tal-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1)?
2)
Sa fejn l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: dan jgħodd ukoll meta, fl-Istat Membru ta’ oriġini, l-eżekuzzjoni kawtelatorja tas-sentenza ddikjarata provviżorjament eżegwibbli tkun possibbli mingħajr ma tkun ingħatat il-garanzija?
3)
Sa fejn it-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv:
(a)
Fil-każ ta’ deċiżjoni li tinkludi obbligu eżekuttiv u li kontra tagħha ġie ppreżentat rikors ordinarju fl-Istat Membru ta’ oriġini jew li fir-rigward tagħha t-terminu għall-preżentata ta’ tali rikors għadu ma skadiex, kif għandha tipproċedi l-qorti ta’ oriġini f’dak li jirrigwarda l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, meta, minħabba l-għoti tas-sentenza jew minħabba dispożizzjoni leġiżlattiva, l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tista’ sseħħ biss wara l-għoti ta’ garanzija?
(b)
F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini għandha toħroġ iċ-ċertifikat billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, mingħajr ma tagħti l-informazzjoni prevista fil-punti 4.4.1 sa 4.4.4?
(c)
F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini hija awtorizzata, billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, toħroġ iċ-ċertifikat b’mod li tiġi inkluża – pereżempju fil-punti 4.4.1 sa 4.4.3 tal-formola – informazzjoni addizzjonali rigward l-għoti tal-garanzija meħtieġa u tehmeż mal-formola t-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva?
4)
Sa fejn it-tieni domanda tingħata risposta fin-negattiv:
(a)
Kif għandha tipproċedi l-qorti ta’ oriġini f’dak li jirrigwarda l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, meta, fl-Istat Membru ta’ oriġini, skont dispożizzjoni leġiżlattiva, l-eżekuzzjoni kawtelatorja hija awtorizzata biss wara l-iskadenza ta’ terminu?
(b)
F’dan il-każ, il-qorti ta’ oriġini hija awtorizzata, billi tuża l-formola li tinsab fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, toħroġ iċ-ċertifikat b’mod li tiġi inkluża – pereżempju fil-punti 4.4.1 sa 4.4.3 tal-formola – informazzjoni addizzjonali rigward dan it-terminu u tehmeż mal-formola t-test tad-dispożizzjoni leġiżlattiva?
(1) ĠU 2012, L 351, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy